top of page
MY BUTTON
MY BUTTON

President Ġdid għar-Regia ta’ Malta

 

 

 

 

 


 

Uffiċċjali presenti għall-laqgħa tar-Regia tax-xahar t’Awwissu eleġew lil Brother Kenneth Abela bħala President għat- 3 snin li gejjin. L-elezzjoni kienet neċessarja wara li għalaq it-tieni Term ta’ Sr. Angela Buttigieg bħala Presidenta. Brother Kenneth ilu attiv bħala ‘senior’ minn Novembru 1979 fil-Praesidium tal-Irġiel u Nisa tan-Naxxar, ‘Madonna tat-Triq’ , fejn, minkejja li hu l-iżgħar membru fost it- 12 il-membru,  hu jokkupa l-kariga ta’ President. Hu wkoll il-President tal-Curia, ‘Omm Ir-Ragħaj it-Tajjeb’. Brother Kenneth jamministra wkoll din il-web-site u hu wkoll l-Editur ta’ ‘Il-Vexillina’.

Waqt li nawgurawlu kull suċċess u talb f’din il-kariga l-ġdida, nirringrazzjaw lil Sr Angela fil-ħidma u gwida qalbiena tagħha, partikolarment fiż-żminijiet diffiċli ferm tal-pandemija.

31/08/2023

 

Intenzjoni tal-Papa għal dan ix-xahar ta' Settembru  2023

Għal Dawk li jgħixu fl-Emarġinazzjoni
Nitolbu għal dawk imwarrba fil-ġenb tas-soċjetà, f’kundizzjonijiet diżumani, biex l-istituzzjonijiet jagħtu kashom u qatt ma jqisuhom ta’ inqas importanza minn oħrajn.

 

Laqgħa tar-Regia li jmiss, It-Tnejn 25 ta' Settembru 2023 fil- 5.15 pm 

Dettalji dwar il-Curiae tal-Leġjun​

Nixtiequ naġġornawkom li taħt is-Sezzjoni 'Gruppi' issa ssibu l-Curiae kollha u l-Praesidia li jaqgħu taħthom, bil-ħinijiet ta' meta jsiru l-laqgħat. 

Fis-Sezzjoni tal-'Publikazzjonijiet' issibu l-ktejjeb ta' Frank Duff, li ġie maqlub għal-Malti mir-Regia, Nistgħu Nkunu Qaddisin? (Can We Be Saints?)

Min Aħna?

Il-Leġjun ta’ Marija huwa moviment tal-lajċi mwaqqaf mis-Serv t’Alla Frank Duff f’Dublin (l-Irlanda).  L-ewwel laqgħa filfatt saret nhar is-7 ta’ Settembru 1921 fit-8.00 ta’ filgħaxija.  Immexxi dejjem mill-ispirtu tal-Vera Devozzjoni lejn Ommna Marija, mwassla lilna minn San Luigi Marija De Montfort, il-Leġjun ta’ Marija kompla jinxtered l-ewwel fl-Irlanda, fl-Ewropa, imbagħad mad-dinja kollha.

F’Malta, il-Leġjun ta’ Marija twaqqaf minn Monica Walsh, 15-il sena biss wara t-twaqqif tiegħu, fit-3 ta’ Novembru 1936 f’Tas-Sliema. Tajjeb illi nsemmu li l-Leġjun ġie approvat mill-Isqof fis-sena 1940.  B’xorti tajba nistgħu ngħidu li llum il-Leġjun ta’ Marija huwa mxerred fil-parroċċi kollha ta’ Malta u t’Għawdex.  F’Għawdex il-Leġjun ta’ Marija twaqqaf nhar it-22 ta’ Jannar 1950 minn Joseph Booker u Carmelo Formosa.

  Link tal-Concillium

 

  Legion of Mary, Ireland

 

  Għal aktar 'links' tal-Leġjun ta' Marija f'Malta nitolbukom tidħlu f' LINKS

Għat-Tfal...

Mother and Daughter Baking

Tistghu taraw din il-link, maghmula propjament ghat-tfal. Ikklikkjaw lemin fuq ghall-Ingliż.

 

https://gms.hu/fileservice/gemesEditor/v2.08/player.php?content_id=1258   

 

Dettalji dwar minn kitbu hu hekk,: Din hi soru, kap tal-Ordni tagħha, u Presidenta tal-Kumitat tal-Altar. Hi studjat l-Italja, u għanda Dottorat mill-Catholic University ital-Ungerija. Hi l-’main organiser’ tal- Eucharistic Conference 2020 li saret fl-Ungerija, u kitbet ħafna, inkluż l- ‘official book;’ tal-’Conference’.

A PRAYER TO MARY HELP  OF CHRISTIANS

 

Most Holy Virgin Mary,  Help of Christians,

How sweet it is to come to your feet.

imploring your perpetual help.

If earthly mothers cease not to remember their children,

how can you, the most loving of all mothers forget us?

Grant then to us, we implore you, your perpetual help in all our necessities,

in every sorrow, and especially in all our temptations.

We ask for your unceasing help for all who are now suffering.

Help the weak, cure the sick, convert sinners.

Grant through your intercession many vocations to the religious life.

Obtain for us, O Mary, Help of Christians, that having invoked you on earth we

may love and eternally thank you in heaven.

Amen

Facebook

Ippreparajna paġna fuq il-Facebook għall-programm ‘Il-Vexillum’ fejn se jibdew jidhru l-aħħar aġġornamenti, siltiet u materjal ieħor użat fil-programm. Inħeġġu l-Leġjunarji jagħmlulha ‘like’. Iżjed ma jkollna ‘likes’ iżjed nilħqu nies permezz tal-paġna, u ndirettament permezz tal-programm. Il-paġna tinsab fuq:

 

Facebook link

 

Stefan Cachia

https://www.facebook.com/Il-Vexillum-1708682682731413/?notif_t=fbpage_fan_invite&notif_id=1483399308528494

Link tal-Programm tar-Radju,               Il-Vexillum

Il-Kawża tal-Beatifikazzjoni tas-Serv t'Alla Frank Duff

L-aħħar aħbar (Frar 2020) 

 

Sal-aħħar tas-sena 2019, 30,000 mit-33,000 ittra ta' Frank Duff ikunu ġew moqrija. Hemm 25 qarrej, li kienu ħadu l-ġurament f'Novembru u huma lestew din il-biċċa xogħol.

 

Il-Kummissjoni Storika għall-Beatifikazzjoni tas-Serv ta’ Alla Frank Duff – fundatur tal-Legjun ta’ Marija hija magħmula minn (ringila ta’ quddiem) Dr Claron O’Carroll – Chairperson; Il-Wisq Revd. Diarmuid Martin – Arcisqof ta’ Dublin; Revd. Paul Churchill DCL – Promutur tal-Ġustizzja;  (ringila ta’ wara) Enda Dunleavy BA – Konsulent, Segretarju tal-Concilium; Sile Ni Chocllain – Presidenta tal-Concilium; Mons. John Dolan – Kanċillier Djoċesan; Carmel Connell – Arkivista u Michael O’Fathartaigh PHD (Storja Moderna).

Hekk kif ħafna Kunsilli żammew tal-inqas Quddiesa fis-sena għal Kawża tiegħu u l-leġjunarji qed iqassmu t-talba tiegħu għal Beatifikazzjoni tas-Serv ta’ Alla Frank Duff, qed jinħass il-bżonn kbir biex inżidu fl-isforzi tagħna biex nagħmluh iktar magħruf.

Ix-xogħlijiet ta’ Frank Duff li fost il-ħafna kotba li kiteb hemm kopji ta’ madwar 37,000 ittra li huwa kiteb lil diversi persuni, f’kategoriji u livelli differenti kemm ġewwa Dublin kif ukoll f’pajjiżi barranin. Insibu wkoll  xi xogħlijiet oħra tiegħu li qatt ma ġew ippubblikati.

Il-Concilium qed jipproponi li dawk il-persuni li jafu jew iltaqgħu ma’ Frank Duff għandhom jiġu mistiedna biex jagħtu taħditiet fuqu u fuq l-ispirtu tiegħu bħala leġjunarju.  Ipproponew ukoll li jsiru quizzes fuq il-ħajja tiegħu. Jekk irridu l-Kawża tiegħu timxi ’l quddiem huwa neċessarju għal kull Kunsill Leġjunarju li jinvolvi ruħu b’mod attiv għal promozzjoni tal-Kawża.

Kull fejn issir il-Funzjoni tal-Kommemorazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu jara li mhux il-membri biss jieħdu sehem imma wkoll l-Awżiljarji u l-pubbliku inġenerali.  It-Talba ta’ Frank Duff għandha tiġi mqassma speċjalment waqt ix-xogħol leġjunarju.

Il-Concilium qed jirċievi numru sabiħ ta’ grazzi maqlugħa.  Il-biċċa l-kbira minnhom ġejjin mill-Filippini, partikularment mis-Senatus tal-Filippini ta’ Fuq. Fl-Irlanda wkoll qed jinqalgħu diversi grazzi bl-interċessjoni ta’ Frank Duff.  Ir-raġuni li f’Manila għandhom daqstant grazzi maqlugħa, hi għaliex is-Senatus waqqaf Kumitat biex jieħu ħsieb il-Promozzjoni u Grazzi Maqlugħa u li jara li dawn jintbagħtu lil Concilium.  Il-Kunsilli huma mitluba li jagħmlu l-istess.

Immedjatament wara kull laqgħa tal-Leġjun, it-Talba tal-Beatifikazzjoni ta’ Frank Duff għandha tingħad,  u huwa ttamat li kull leġjunarju jgħidha kuljum.  Tkun ħaġa tajba jekk wieħed jgħid lil ħbiebu, qrabatu u dawk kollha li jista’ jiltaqa’ magħhom biex jgħidu din it-talba.

Hemm bżonn tal-Mirakli biex il-Kawża tkompli mixja ’l quddiem.  Il-meta u l-kif qegħdin fir-rieda ta’ Alla, imma aħna nittamaw li l-Mirakli għad jaslu. Kull leġjunarju għandu sehem  f’dan ir-rigward.

Għad hawn leġjunarji ħajjin li kienu jafu lil Frank Duff u li huma lesti li jagħtu taħditiet.  Tkun ħaġa posittiva ħafna jekk il-leġjunarji tal-madwar u dawk iktar ’il bogħod, jirranġaw biex jagħtu taħditiet fuq Frank Duff; jistgħu jsiru kompetizzjonijiet fi skejjel u joffru suġġerimenti oħra biex Frank Duff isir iktar magħruf.  Hemm bżonn tal-Mirakli biex il-kawża tkun tista’ timxi iktar ’il quddiem.

Jekk il-kawża tas-Serv ta’ Alla Frank Duff irridu li timxi ’l quddiem huwa neċessarju għal kull Kunsill li jinvolvi ruħu u jkun attiv fil-promozzjoni tal-kawża.

Ħafna Kunsilli jorganizzaw quddiesa Kommemorattiva u l-leġjunarji kemm attivi kif ukoll awżiljarji jiffurmaw l-attendenza. Hija x-xewqa tal-Kunsill tal-Leġjun li nwessgħu iktar il-mod ta’ kif nistgħu nagħmlu lil Frank Duff iktar magħruf mal-pubbliku.

Huwa mixtieq li l-Kunsilli tal-Leġjun jorganizzaw avveniment u attivitajiet fil-lokalitajiet tagħhom fejn jiġu mistiedna persuni ta’ kull età. Dawk qrib tal-Irlanda għandhom il-possibilità li jkollhom informazzjoni diretta mill-leġjunarji li kienu jafu lil Frank Duff billi jistidnuhom biex jitkellmu fuqu. Għal dawk li huma iktar ’il boghol hemm id-DVD fuq Frank duff.  Huwa ssuġġerit li jingħata kopja kumplimentarja lil kull Kunsill affiljat. Id-DVD jista’ jiġi maqlub b’diversi lingwi.

 

Traduzzjoni ta’ Doris Borg mill-Maria Legionis u l-Bullettin Leġjunarju (Dublin)

 

 

 

 

bottom of page