LEĠJUN TA' MARIJA - MALTA
Play
Programm tas-Sena 2024
Intenzjoni tal-Papa għal dan ix-xahar ta' Marzu 2024
Għall-Vittmi tal-Abbuż
Nitolbu għal dawk li ġarrbu ħsara mill-membri tal-Knisja biex isibu fi ħdan il-Knisja stess tweġiba konkreta għall-weġgħat u t-tbatijiet tagħhom.
Laqgħa tar-Regia li jmiss, It-Tnejn 25 ta' Marzu 2024 fil- 5.15 pm
Araw kif il-Leġjun għen lil Mons. Arċisqof jidħol għas-saċerdozju..
Min Aħna?
Il-Leġjun ta’ Marija huwa moviment tal-lajċi mwaqqaf mis-Serv t’Alla Frank Duff f’Dublin (l-Irlanda). L-ewwel laqgħa filfatt saret nhar is-7 ta’ Settembru 1921 fit-8.00 ta’ filgħaxija. Immexxi dejjem mill-ispirtu tal-Vera Devozzjoni lejn Ommna Marija, mwassla lilna minn San Luigi Marija De Montfort, il-Leġjun ta’ Marija kompla jinxtered l-ewwel fl-Irlanda, fl-Ewropa, imbagħad mad-dinja kollha.
F’Malta, il-Leġjun ta’ Marija twaqqaf minn Monica Walsh, 15-il sena biss wara t-twaqqif tiegħu, fit-3 ta’ Novembru 1936 f’Tas-Sliema. Tajjeb illi nsemmu li l-Leġjun ġie approvat mill-Isqof fis-sena 1940. B’xorti tajba nistgħu ngħidu li llum il-Leġjun ta’ Marija huwa mxerred fil-parroċċi kollha ta’ Malta u t’Għawdex. F’Għawdex il-Leġjun ta’ Marija twaqqaf nhar it-22 ta’ Jannar 1950 minn Joseph Booker u Carmelo Formosa.
Dettalji dwar il-Curiae tal-Leġjun : Nixtiequ naġġornawkom li taħt is-Sezzjoni 'Gruppi' issa ssibu l-Curiae kollha u l-Praesidia li jaqgħu taħthom, bil-ħinijiet ta' meta jsiru l-laqgħat.
Fis-Sezzjoni tal-'Publikazzjonijiet' issibu l-ktejjeb ta' Frank Duff, li ġie maqlub għal-Malti mir-Regia, Nistgħu Nkunu Qaddisin? (Can We Be Saints?)
Nistiednukom żżuru u tgħinu f'din il-paġna bħala 'fund raising'
Link tal-Concillium
Għal aktar 'links' tal-Leġjun ta' Marija f'Malta nitolbukom tidħlu f' LINKS
Tistghu taraw din il-link, maghmula propjament ghat-tfal. Ikklikkjaw lemin fuq ghall-Ingliż.
https://gms.hu/fileservice/gemesEditor/v2.08/player.php?content_id=1258
Dettalji dwar minn kitbu hu hekk,: Din hi soru, kap tal-Ordni tagħha, u Presidenta tal-Kumitat tal-Altar. Hi studjat l-Italja, u għanda Dottorat mill-Catholic University ital-Ungerija. Hi l-’main organiser’ tal- Eucharistic Conference 2020 li saret fl-Ungerija, u kitbet ħafna, inkluż l- ‘official book;’ tal-’Conference’.